Ġewwa u Barra
Fid-djar indafa kbira
u traba ma tarax.
Imbagħad fit-triq jekk tħammeġ
orrajt, ma jimpurtax.
Dentro e fuori
Dentro casa nostra
tanta pulizia.
Fuori puoi sporcare,
ma che vuoi che sia!
Gowl
Skorja gowl sabiħ bid-dawra
u faħħruh b’ammirazzjoni,
imma wieħed fl-għira tiegħu
qal dik biss kumbinazzjoni.
Gol
Fece un gol spettacolare
pur avendo l’influenza.
Ma diceva l’invidioso
era sol coincidenza.
Xi Wħud
Tismagħhom xħin jitkellmu
taħsibhom professuri;
imbagħad tarahom fuq xogħolhom
għażżiena, skartaturi.
Alcuni
A parlare son esperti
sembran grandi professori
poi li vedi sul lavoro
indolenti scartatori
Lealtà Sportiva
Kull gowl li kien jiskorja
il-flokk tat-tim ibus.
Imbagħad telaqhom xorta
għal min tah aktar flus.
Lealtà sportiva
Per ogni gol segnato
baciava la maglietta.
Per soldi è partito
svanito in tanta fretta.
Rebħa Maltija
Lgħabna logħba ma’ tim tajjeb,
qlajna tlieta ġo Ta’ Qali;
imma tqis kollox ma’ kollox,
kienet din rebħa morali.
Vittoria maltese
Abbiamo perso in casa.
Tre gol non sono male.
Vittoria sì c’è stata
pero quella morale.
Tisma’
Tisma’ x’tgħid l-oppożizzjoni
tgħid li hawn qagħad u staġnar.
Skont il-gvern il-pajjiż tagħna
qatt u qatt ma kien aħjar.
A sentir
A sentir l’opposizione
il paese è fallito.
Al governo il paese
è un successo riuscito.
Bil-Liġijiet tal-Lum
Jekk trid inti tista’
tinsulta lil Kristu.
Imm’ ara jfettillek
tinsulta ministru!
Con le leggi di oggi
Uno ha la libertà
d’insultare anche Cristo.
Però guai se tenterà
d’insultare un ministro.
Flus
Kien jippriedka t-trasparenza
bla tlaqliq, bl-aktar mod frank.
Imbagħad sabu li fl-Isvizzra
tgħidx kemm kellu flus il-bank!
Soldi
Parlava contro i ladri
con voce soda, franca
e poi si son scoperti
i suoi milioni in banca.
Kliem
Kliem u kliem u kliem u kliem.
Tpaċpiċ mingħajr azzjoni.
Kliem u kliem u kliem u kliem.
U fejnha s-soluzzjoni?
Parole
Parole, argomenti,
parlare senza azione.
Per poi non arrivare
ad una soluzione.
Emmanuel Attard Cassar
(Da Fuq din l-Art Ħelwa, 2016
trad. it. dell'Autore)