Lil Ommi
Hekk dejjem rajtek: Tgħix.
Hekk dejjem rajtek: Tħobb.
Kull jum li tak kull żernieq
int fih ħabbejt.
Kull lejl li tak kull għabex
int fih ħabbejt.
Qalbek taf tisma’
qalbek taf tgħanni
qalbek taf tibki
qalbek taf tgħix
għax qalbek taf tħobb.
Meta kliemek kien ħelu
meta kliemek kien iebes
kliemek lissintu għax
[qalbek taf tħobb.
Jekk rajt il-ħajja sabiħa
u għextha kif ingħatatlek
dan għamiltu
għax qalbek taf tħobb.
Meta rabbejt f’kull xitwa
u għannejt f’kull sajf
meta ftakart f’kull min daħal f’ħajtek
u ġrejt fix-xita
meta widdibt bil-għaqal
u żort fis-saram
meta weġġajt u bqajt tfaħħar ‘l Alla
dan għamiltu
għax b’qalbek kollha
bqajt tħobb
dejjem.
|
A mia madre
Così t’ho sempre vista: Vivere.
Così t’ho sempre vista: Amare.
Ogni giorno che ti ha dato ogni alba
in esso tu hai amato.
Ogni notte che ti ha dato ogni tramonto
in essa tu hai amato.
Il tuo cuore sa ascoltare
il tuo cuore sa cantare
il tuo cuore sa piangere
il tuo cuore sa vivere
perché il tuo cuore sa amare.
Quando le tue parole erano dolci
quando le tue parole erano dure
le tue parole le hai espresse perché
[il tuo cuore sa amare.
Se hai visto la vita bella
e l’hai vissuta come ti è stata consegnata
questo l’hai fatto
perché il tuo cuore sa amare.
Quando hai allevato ogni inverno
quando hai cantato ogni estate
quando hai ricordato ogn’uno
[che ha fatto parte della tua vita
e hai corso nella pioggia
quando hai ammonito con saggezza
e hai fatto visite nei guai
quando nella sofferenza hai continuato
[a lodare Dio
questo l’hai fatto
perché con tutto il cuore
hai continuato ad amare
sempre.
|